Kif għandu jimtela l-kwestjonarju taċ-Ċensiment

Min għandu jkun inkluż fil-kwestjonarju?

Il-persuni kollha residenti f’dak l-indirizz, u li ilhom residenti għall-aħħar 12-il xahar (jew bl-intenzjoni ta’ residenza għal 12-il xahar) għandhom jiġu nklużi, anke jekk l-indirizz ma jkunx l-istess bħal dak imniżżel fuq il-karta tal-identità tagħhom. Persuni li jkunu fuq vaganza jew temporanjament barra minn Malta minħabba xogħol, studju, jew raġunijiet mediċi għandhom jiġu nklużi wkoll. Trabi li twieldu qabel u sal-Ħadd 21 ta’ Novembru 2021 għandhom jiġu nklużi, anke jekk dawn għadhom l-isptar.


Għal liema perjodu għandha tirreferi l-informazzjoni?

Sakemm ma jingħadx mod ieħor, l-informazzjoni kollha pprovduta fil-kwestjonarju għandha tirreferi ghal nofsillejl tal-Lejl taċ-Ċensiment, jiġifieri l-21 ta’ Novembru 2021. Mistoqsijiet li jagħmlu referenza għal perjodi ta’ żmien differenti jiġu indikati b’mod ċar fil-mistoqsijiet rispettivi.


X’jiġri ladarba nlesti l-proċess ta’ log-in?


  • Meta tagħmel log in, int se tintalab iddaħħal id-dettalji tal-indirizz. Se tkun mitlub biex timla din it-taqsima darba biss fl-ewwel log-in. Għalhekk huwa importanti ħafna li tiżgura li d-dettalji kollha tal-indirizz huma korretti u imniżżlin fil-post korrett qabel ma tkompli. Ukoll, jekk jogħġbok ipprovdi mill-inqas numru ta’ kuntatt wieħed għal referenza futura, f’każ ta’ kwalunkwe mistoqsija jew kwistjoni.

  • Meta timla t-‘Taqsima tal-Indirizzi ’fil-kwestjonarju onlajn, l-oqsma obbligatorji kollha – indikati b’asterisk * – għandhom jimtlew qabel ma tipproċedi. Jekk dawn l-oqsma obbligatorji jitħallew vojta, jiġu mmarkati b’ kontorn aħmar u ma tkunx tista’ tkompli.

  • Ċerti oqsma li għandhom menu drop-down se jkunu disponibbli u jistgħu jiġu aċċessati billi tikklikkja fuq il-vleġġa li tinsab fuq in-naħa tal-lemin tal-field box.


Għandi nlesti l-kwestjonarju ladarba nibda, jew huwa possibbli li nissevja u nkompli aktar tard?

Il-kwestjonarju onlajn jippermettilek li tkompli aktar tard. Ladarba tkun illoggjat b’suċċess, tista’ tkompli fejn ħallejt u tissottometti. Għal raġunijiet ta’ sigurtà, kull darba li taċċessa l-kwestjonarju, int se tintalab iddaħħal il-username u l-password li ngħatawlek.


Kif ninnaviga fil-paġni?

Biex tipproċedi minn paġna għal oħra tista’ tagħmel dan billi tagħfas il-buttuni ‘Li jmiss’ jew ‘Preċedenti’, it-tnejn li huma jinsabu fil-qiegħ tal-paġna.


Biex tmur għall-ewwel jew l-aħħar paġna disponibbli tista’ tagħfas fuq il-buttuni ‘Double Arrow‘, it-tnejn jinsabu fil-qiegħ ta’ kull paġna.


Kif għandi ndaħħal l-informazzjoni fil-kwestjonarju għal kull resident individwali?


  • Ladarba l-indirizz ikun ikkonfermat, il-pass li jmiss ikun li tinħoloq tab tal-profil għal kull resident, li tindika isimhom u kunjomhom. Dan huwa meħtieġ, billi kwestjonarju separat għandu jimtela għal kull membru fl-indirizz. Jekk aktar minn membru wieħed jirrisjedi f’dak l-indirizz, profil ġdid jista’ jinħoloq billi tagħfas fuq ‘Żid Persuna’. Biex tneħħi tab tal-profil, għafas fuq il-buttuna ‘Neħħi’. Il-kwestjonarji separati jistgħu mbagħad jiġu aċċessati billi tikklikkja l-buttuna ‘Ibda’.

  • Jeħtieġ li jimtela kwestjonarju wieħed għal kull indirizz. Dan jeħtieġ li jimtela darba biss minn kwalunkwe membru fl-indirizz. Dan il-kwestjonarju jista’ jiġi aċċessat billi tikklikkja l-buttuna ‘Ibda’ li tinsab taħt it-tab/s tal-profil.

  • Fl-aħħar ta’ kull kwestjonarju membru u l-kwestjonarju dwar l-abitazzjoni, jidher messaġġ ta’ konferma li jistaqsi jekk l-informazzjoni kollha mitluba ġietx ipprovduta. Jekk il-kwestjonarju huwa komplut, ikklikkja fuq ‘Iva’ u erġa’ lura għall-iscreen tat-tab/s tal-profil. Jekk il-kwestjonarju mhux komplut, għafas fuq ‘Le’ u tkun tista’ tkompli l-kwestjonarju aktar tard.

  • Meta l-kwestjonarji kollha tal-membri u l-kwestjonarju dwar l-abitazzjoni jiġu kkonfermati bħala kompluti, għafas il-buttuna ‘Issottometti’ u s-sottomissjoni finali tiġi kompluta. Jidher messaġġ ta’ ringrazzjament biex jindika li s-sottomissjoni kienet ta’ suċċess.


Kif għandhom jiġu mwieġba l-mistoqsijiet?


  • Ħafna mill-mistoqsijiet jeħtieġu li tagħżel tweġiba waħda biss mil-lista ta’ għażliet ipprovduti. Biex tagħmel dan, immarka ċ-ċirku żgħir ħdejn it-tweġiba li tapplika għalik. Se jkun immarkat bil-blu.

  • Għal mistoqsijiet fejn jistgħu jintgħażlu aktar minn għażla waħda, jintuża kwadru żgħir minflok ċirku. Tista’ timmarka ħafna kwadri li japplikaw għalik għal dik il-mistoqsija speċifika. Huma jkunu mmarkati bil-blu.

  • F’każijiet fejn l-ebda waħda mill-għażliet pprovduti ma tapplika għalik, ikollok bżonn tagħżel l-għażla ‘Oħrajn (Speċifika)’ u tipprovdi informazzjoni addizzjonali fil-kaxxa ta’ ħdejha.


X’jiġri jekk ma nifhimx il-mistoqsija?


  • Noti ta’ gwida addizzjonali u eżempji ġenerali huma disponibbli għal kull mistoqsija. Dawn jistgħu jiġu aċċessati billi tagħfas fuq is-simbolu tal- question mark ħdejn in-numru tal-mistoqsija.

  • Il-mistoqsijiet kollha jeħtieġu risposta. Jekk mistoqsija titħalla vojta, il-messaġġ ‘Tweġiba meħtieġa’, bl-aħmar, jintwera taħt il-mistoqsija.


X’jiġri jekk jidher messaġġ ta’ żball?


  • Messaġġ ta’ żball jidher bl- aħmar taħt il-mistoqsijiet f’każijiet meta t-tweġiba tikser xi waħda mir-regoli inkorporati għal dik il-mistoqsija speċifika. Ikollok bżonn tiċċekkja t-tweġiba pprovduta u temenda kif xieraq qabel ma tkun tista’ tipproċedi.

  • Kull meta tweġiba partikolari tkun potenzjalment f’kunflitt ma’ tweġibiet preċedenti, messaġġ ta’ twissija jintwera bl-aħmar flimkien mal-għażla li ‘Twaqqaf ’. Jekk inti żgur li l-informazzjoni pprovduta hija korretta, il-buttuna ‘Ipproċedi’ tippermettilek li tipproċedi għall-paġna li jmiss. Inkella, jekk sar żball, biddel l-informazzjoni kif meħtieġ u l-messaġġ ta’ twissija jisparixxi awtomatikament jekk ma jkunx hemm aktar konflitti.


X’għandi nagħmel f’każ ta’ xi diffikultà?

F’każ ta’ xi diffikultà, tista’ tikkuntattja lill-Uffiċċju taċ-Ċensiment fuq 1710 kuljum, inklużi tmiem il-ġimgħa, mit-8am sal-10pm matul ix-xhur ta’ Ottubru u Novembru 2021. Barra minn hekk, l-Uffiċċju taċ-Ċensiment jista’ jintlaħaq permezz tal-websajt uffiċjali census2021.gov.mt jew permezz tal-email fuq census2021@gov.mt.


Mistoqsijiet Frekwenti

Għal aktar informazzjoni dwar iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar tal-2021 iċċekkja l-paġna Mistoqsijiet Frekwenti.

Skip to content