18 Mar 2022

Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021: Esibizzjoni ta’ numru magħżula ta’ kontribuzzjonijiet tal-iskejjel

Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) beda proġett soċjali nazzjonali li jsir kull 10 snin – iċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar. Iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021 kien it-18-il wieħed f’linja ta’ ċensimenti nazzjonali li saru mill-1842. Iċ-ċensiment jinvolvi l-enumerazzjoni tar-residenti u l-abitazzjonijiet kollha f’Malta u f’Għawdex. Il-parteċipazzjoni fiċ-ċensiment hija obbligatorja bil-liġi. Iċ-ċensiment huwa rregolat mil-liġi nazzjonali u dik tal-Unjoni Ewropeja. Dan tal-aħħar jiżgura li l-produzzjoni ta’ statistika minn dan il-proġett tkun armonizzata, u għalhekk komparabbli madwar l-Unjoni Ewropeja.

Sabiex jirnexxi f’dan il-għan, l-NSO implimenta kampanja vasta ta’ komunikazzjoni u promozzjoni. Bħala parti minn din il-kampanja, saret kompetizzjoni fost l-iskejjel lokali. Dawn ġew mistiedna jħeġġu lill-istudenti tagħhom biex jissottomettu xogħlijiet tal-arti jew kompożizzjonijiet letterarji li juru l-essenza taċ-ċensiment, u jipprovdu interpretazzjoni tat-tema ‘Kulħadd Jgħodd’. L-Uffiċċju ħass li kompetizzjoni bħal din tgħin sabiex it-tfal u ż-żgħażagħ jifhmu l-valur soċjali ta’ eżerċizzju bħal dan fil-pajjiż kollu. L-għan ta’ din il-kompetizzjoni kien li eventwalment dan l-għarfien jgħadduh lill-ġenituri u/jew lill-gwardjani tagħhom.

Minkejja li l-iskejjel kienu magħluqa għall-vaganzi tas-sajf waqt il-kampanja promozzjonali taċ-Ċensiment u minkejja kwistjonijiet relatati mal-COVID-19, fost oħrajn, l-Uffiċċju xorta rnexxielu joħloq interess f’attività bħal din. Madwar 500 student minn 18-il skola ssottomettew proġetti għall-kompetizzjoni. Kien tabilħaqq interessanti li tara l-interpretazzjonijiet differenti, li m’għamluhiex faċli għall-membri tal-ġurija biex jagħżlu r-rebbieħa.

B’kollox kien hemm 12-il rebbieħ, u bħala mod biex jingħata kredtu lill-isforz kollu li għamlu l-istudenti, l-NSO qiegħed jorganizza wirja b’numru ta’ sottomessjonijiet li rċieva. It-tnehdija tal-wirja li saret dalgħodu kienet milqugħa tajjeb. Ir-rebbieħa tħabbru u ingħataw il-premju tagħhom fl-ewwel jum tal-wirja. Is-Sur Etienne Caruana, id-Direttur Ġenerali tal-NSO, qassam it-trofej lill-iskejjel rebbieħa, filwaqt li s-Sur Matthew Vella, Segretarju Permanenti tal-Edukazzjoni u l-Isport, qassam iċ-ċertifikati, midalji u premijiet lir-rebbieħa. L-istudenti kollha se jirċievu ċertifikat u midalja bħala simbolu ta’ parteċipazzjoni. L-NSO jixtieq jieħu din l-opportunità biex jirringrazzja lill-iskejjel u lill-istudenti kollha parteċipanti għall-interess u l-isforz tagħhom biex joħolqu l-proġetti sottomessi.

Ir-rebbieħa kienu:
L-ewwel fl-Arti fost l-iskejjel Primarji: Daniele Ellul, it-tieni sena, St Francis, Bormla
It-tieni fl-Arti fost l-iskejjel Primarji: Elisa Zammit, is-sitt sena, Kulleġġ San Ignazju, Qormi
It-tielet fl-Arti fost l-iskejjel Primarji: Krista Montebello, il-ħames sena, St Jeanne Antide, Gudja

L-ewwel fl-Arti fost l-iskejjel Sekondarji: Katrina Cauchi, l-10 sena, San Anton
It-tieni fl-Arti fost l-iskejjel Sekondarji: Gaia Micallef, il-11-il sena, San Anton
It-tielet fl-Arti fost l-iskejjel Sekondarji: Elisa Piccinino, il-11-il sena, St Joseph, Sliema

L-ewwel fil-letteratura fost l-iskejjel Primarji: Kyla Nicole Psaila, il-ħames sena, St Jeanne Antide, Gudja
It-tieni fil-letteratura fost l-iskejjel Primarji: Elysia Grech Avallone, il-ħames sena, St Jeanne Antide, Gudja
It-tielet fil-letteratura fost l-iskejjel Primarji: Mikela Barun, it-tieni sena, St Francis, Bormla

L-ewwel fil-letteratura fost l-iskejjel Sekondarji: Kayleigh Attard, it-tmien sena, Our Lady Immaculate, Hamrun
It-tieni fil-letteratura fost l-iskejjel Sekondarji: Ana Fenech, il-11-il sena, St Joseph, Sliema
It-tielet fil-letteratura fost l-iskejjel Sekondarji: Estella Attard, it-tmien sena, Our Lady Immaculate, Hamrun

Il-ħinijiet tal-ftuħ tal-esibizzjoni huma:
L-Erbgħa 16 u l-Ħamis 17 ta’ Marzu mid- 9am sal- 3:45pm
Il-Ġimgħa 18 ta’ Marzu mid-9am sas-1pm

Lura għall-Aħbarijiet

Avvenimenti li ġejjin

ARA L-KALENDARJU SĦIĦ

Aħbarijiet Oħra

21 Nov 2021

Ċensiment: Kejl soċjali ferm importanti

Jekk jogħġbok ikklikkja hawn għal artiklu fuq it-Times of Malta, mid-Direttur Ġenerali tal-NSO Etienne Caruana, dwar l-importanza taċ-Ċensiment bħala kejl soċjali.Aqra iktar

05 Nov 2021

Enumeraturi taċ- Ċensiment

Mit-Tnejn 8 ta’ Novembru, madwar 1,000 enumeratur se jibdew jagħmlu kuntatt ma’ dawk il-membri tal-abitazzjoni li għadhom ma lestewx il-kwestjonarju online. Jekk il-membri tal-abitazzjoni m’għandhomx il-ħsieb li jimlew il-kwestjonarju online … Aqra iktar

05 May 2020

Konsultazzjoni Pubblika

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nieda konsultazzjoni pubblika fil-5 ta ’Mejju 2020 fejn il-partijiet interessati ġew mistiedna jibagħtu l-proposti tagħhom għal temi u mistoqsijiet addizzjonali li potenzjalment jistgħu jiġu inklużi fiċ-Ċensiment. Dan … Aqra iktar

Skip to content