Mistoqsija u tweġiba

Din il-paġna telenka u twieġeb mistoqsijiet frekwenti rigward iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar tal-2021 fosthom; x’jistennew dawk li wieġbu, kif tipparteċipa u protezzjonijiet għall-informazzjoni dwar il-parteċipanti.

Manwal tat-traduzzjoni / Manuale përkthimi / كتيبات الترجمة / 翻译手册 / अनुवाद मैनुअल / Приручници за превођење / Прирачници за превод / Çeviri Kılavuzları

Manwal tat-traduzzjoni / Manuale përkthimi / كتيبات الترجمة / 翻译手册 / अनुवाद मैनुअल / Приручници за превођење /Прирачници за превод / Çeviri Kılavuzları

shqiptare (Albaniż)


عرب (Għarbi)


中国人 (Ċiniż)


Хинди (Ħindi)


Српски (Serb)


македонски (Maċedonjan)


Türk (Tork )


Qafas Regolatorju

Iċ-Ċensiment huwa obbligatorju?

Skont l-Att taċ-Ċensiment nazzjonali u r-regolamenti relatati tal-UE, li tieħu sehem fiċ-Ċensiment huwa obbligatorju.


Min għandu jingħadd?

Min għandu jkun inkluż fil-kwestjonarju taċ-Ċensiment?

Kull persuna residenti f’Malta fid-data uffiċjali taċ-Ċensiment (il-Ħadd 21 ta’ Novembru 2021), inklużi dawk temporanjament barra mill-pajjiż dak iż-żmien (jiġifieri barra minn Malta għal perjodu ta’ inqas minn 12-il xahar) jeħtieġ li jingħaddu.


Liema membri għandhom jiġu nklużi?

Għandhom jiġu nklużi persuni li jgħixu waħedhom jew grupp ta’ nies (mhux neċessarjament li jiġu minn xulxin) li jgħixu fl-istess indirizz u li jużaw partijiet komuni tad-dar (bħal kmamar fejn wieħed jgħix u jiekol).


Minix ċittadin Malti, għandi nimla ċ-Ċensiment xorta waħda?

Kull persuna li għexet f’Malta għal mill-inqas 12-il xahar sad-data taċ-Ċensiment, jew li qed tgħix f’Malta bl-intenzjoni li toqgħod għal mill-inqas 12-il xaharf’Malta , hija kkunsidrata residenti u jeħtieġ li timla l- kwestjonarju.


Pereżempju, persuna li tasal Malta f’Settembru 2021 bl-intenzjoni li tibqa’ għal disa’ xhur għal skopijiet edukattivi ma tissodisfax il-kriterju tal- “intenzjoni li tirrisjedi għal mill-inqas 12-il xahar”, u għalhekk m’għandhiex tkun inkluża.


Min-naħa l-oħra, persuna li tasal Malta f’Ġunju 2021 għal skopijiet ta’ xogħol bl-intenzjoni li tibqa’ lil hinn minn Ġunju 2022, teħtieġ li tiġi nkluża fiċ-Ċensiment, anke jekk il-persuna tivvjaġġa barra minn minn Malta minn żmien għal żmien.


Għalfejn qed niġi mitlub nirrispondi dwar sitwazzjonijiet fil-futur? Il-futur min rah?

Kull ċensiment ikollu data ta’ referenza partikolari. Iċ-ċensiment ta’ Malta ta’ din is-sena se jkollu bħala referenza l-21 ta’ Novembru, 2021. Proġett nazzjonali bħal dan ma jistax isir f’ġurnata. Għaldaqstant, it-tweġibiet għandhom ikunu dak li wieħed bħalissa qiegħed jistenna li tkun is-sitwazzjoni fid-data msemmija. L-NSO jifhem li ċertu sitwazzjonijiet kapaċi jinbidlu sa dakinhar. Dan l-element ta’ żball ikun ikkunsidrat meta l-informazzjoni miġbura tkun analizzata.


 


Għajnuna bil-kwestjonarju tal-karta u ż-żjarat tal-enumeratur

Dan huwa l-ewwel Ċensiment onlajn?

Iva, iċ-Ċensiment tal-2021 huwa l-ewwel Ċensiment onlajn f’Malta u jippermetti li l-individwi kollha jwieġbu permezz ta’ portal sikur. Fl-eventwalità li l-parteċipazzjoni permezz tal-formola onlajn ma tkunx possibbli, l-NSO se jkun qed jiġbor it-tweġibiet permezz tal-enumeraturi maħtura li se jżuru r-residenzi f’Novembru 2021.


Se nirċievi kwestjonarju tal-karta?

Għal raġunijiet ambjentali, il-kwestjonarji tal-karta ma jintbagħtux bil-posta bħal kif sar fiċ-ċensimenti tal-passat. Tirċievi ittra uffiċjali tal-NSO bil-kredenzjali (username u password) u l-informazzjoni tal-login meħtieġa biex ikollok aċċess għall-formola taċ-Ċensiment onlajn. Jekk ma rċevejtx l-ittra imma int lest li timla l-formola taċ-Ċensiment onlajn, int ġentilment mitlub tagħmel kuntatt mal-uffiċċju għal aktar għajnuna fuq 25997410. Jekk ma tistax timla l-formola taċ-Ċensiment onlajn, l-enumeratur jew jipprovdilek kwestjonarju tal-karta jew inkella jimla l-formola onlajn għan-nom tiegħek.


X’jiġri jekk ma nitkellimx bil-Malti jew bl-Ingliż?

Il-kwestjonarju taċ-Ċensiment huwa disponibbli bil-Malti u lingwi oħra jiġifieri: Ingliż, Taljan u Franċiż. Jekk tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet tista’ titlob lill-enumeratur assenjat lilek biex jgħinek skont il-bżonn, jew iċċempel fuq 25997410, jew imla l-formola ta’ kuntatt onlajn bid-dettalji tiegħek hawn.


 


Il-manwali tat-traduzzjoni huma wkoll disponibbli bl-Albaniż, l-Għarbi, iċ-Ċiniż, il-Ħindi u s-Serb u jistgħu jiġu aċċessati minn hawn. Dawn il-manwali jipprovdu traduzzjoni fil-lingwa korrispondenti għal kull mistoqsija fil-kwestjonarju taċ-Ċensiment.


Għajnuna mill-Enumeraturi

Jekk tiltaqa’ ma’ xi diffikultajiet meta timla l-kwestjonarju taċ-Ċensiment, l-enumeratur assenjat lilek jista’ jgħinek bejn it-8 u t-28 ta’ Novembru 2021.


Ma rċevejtx l-ittra bil-kredenzjali u għadni ma ġejtx ikkuntattjat mill-enumeratur tiegħi. X’irrid nagħmel?

Jekk għadek ma mlejtx il-kwestjonarju taċ-Ċensiment tiegħek u m’għandekx il-kredenzjali biex timlih online, jekk jogħġbok ikkuntattja l-uffiċċju tagħna billi ċċempel fuq 25997410 jew ibgħatilna email fuq census2021@gov.mt sabiex ir-rappreżentanti tagħna jkunu jistgħu jiggwidawk aktar.


Għajnuna biex tirrispondi onlajn

Kif għandu jimtela l-kwestjonarju taċ-Ċensiment onlajn?

Għal aktar informazzjoni dwar kif timla l-kwestjonarju taċ-Ċensiment onlajn, jekk jogħġbok ikklikkja hawn. Barra minn hekk, jekk jogħġbok aċċerta ruħek li għandek il-kredenzjali meħtieġa (username u password) li ntbagħtulek bil-posta mill-NSO. Jekk ma waslitlek l-ebda ittra, jekk jogħġbok ikklikkja hawn u itlob sett ġdid ta’ dettalji ta’ log-in mill-uffiċċju.


Kif nikkoreġi żball fuq il-formola onlajn?

Jekk tħoss li għamilt xi żball, tista’ tmur lura għall-kwestjonarju onlajn, tikkoreġih u terġa’ tissottometti l-informazzjoni.


Informazzjoni addizzjonali meħtieġa?

Aktar informazzjoni dwar il-log in onlajn tista’ tinkiseb minn hawn.


Għajnuna ġenerali dwar ir-Residenza

Għandha tkun inkluża l-proprjetà vakanti?

F’każ li rċivejt ittra f’indirizz fejn normalment m’hemmx residenti skont il-kriterji msemmija hawn fuq (eż. dar tal-vaganzi), il-formola taċ-Ċensiment fuq dak l-indirizz m’għandhiex għalfejn timtela.


Fejn għandhom jiġu enumerati n-nies b’ħafna residenzi?

Xi ħadd li jalterna bejn żewġ postijiet ta’ residenza jew aktar (eż. tfal f’każ ta’ kustodja maqsuma li jalternaw bejn residenzi), għandu jikkunsidra l-post fejn iqatta’ l-maġġoranza tal-ħin bħala l-post tar-residenza tas-soltu. Fejn jitqatta’ ħin indaqs f’residenzi differenti, il-post tar-residenza tas-soltu għandu jkun dak fejn tkun qed toqgħod il-persuna fil-21 ta’ Novembru 2021 (jum taċ-Ċensiment), jew inkella l-post fejn il-persuna hija rreġistrata legalment.


X’jiġri jekk xi ħadd ikun temporanjament ‘il bogħod mid-dar waqt li jkun qed jirċievi edukazzjoni f’Malta/Għawdex jew barra minn Malta?

Persuni li huma temporanjament assenti għal skopijiet edukattivi (mhux aktar minn sena) għandhom jikkunsidraw id-dar tal-familja tagħhom bħala l-post tar-residenza tas-soltu tagħhom (irrispettivament minn jekk humiex qed jirċievu l-edukazzjoni tagħhom x’imkien ieħor fil-pajjiż jew barra mill-pajjiż).


Min-naħa l-oħra, studenti li huma ‘l bogħod mid-dar waqt li jkunu fil-kulleġġ jew l-università (għal tul ta’ aktar minn sena, esklużi żjarat temporanji), għandhom jikkunsidraw l-indirizz tal-istituzzjoni edukattiva tagħhom bħala l-post tar-residenza tas-soltu. Dan japplika kemm jekk l-istituzzjoni tkun skola li toffri faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni għal għixien (bħal boarding school), kif ukoll jekk tkun residenza.


Pereżempju, studenti Għawdxin li joqogħdu Malta matul ix-xitwa waqt li jkunu qed iistudjaw, iżda li jmorru lura d-dar tagħhom f’Għawdex ta’ spiss għal żjarat qosra (eż. kull ġimgħa) u fil-vaganzi tas-sajf, għandhom jikkunsidraw ir-residenza ta’ Għawdex bħala l-post tar-residenza tas-soltu.


 


X’jiġri jekk aktar minn familja waħda tgħix fl-istess dar?

F’każijiet fejn aktar minn familja waħda tgħix fl-istess residenza, il-mistoqsija rispettiva dwar ir-relazzjoni għandha timtela sewwa sabiex din id-distinzjoni tkun tista’ ssir faċilment. F’każ ta’ diffikultà, tista’ tistaqsi lill-enumeratur għal aktar kjarifiki.


Sigurtà u Privatezza

It-tweġibiet tiegħi huma siguri?

Bil-liġi, l-informazzjoni tiegħek hija kunfidenzjali. L-NSO jiġbor data għal skopijiet statistiċi biss u ma jistax jippubblika informazzjoni identifikabbli jew jgħaddiha lil partijiet terzi. L-NSO se japplika l-proċessi ta’ kunfidenzjalità u anonimizzazzjoni kollha meħtieġa.


 


 


Kif nista’ nivverifika li l-enumeratur huwa leġittimu u mill-NSO?

Għas-sigurtà tiegħek, l-enumeraturi kollha uffiċjalment reklutati se jippreżentaw it-tikketta tal-NSO meta jkunu qed jiġbru l’informazzjoni fiż-żona tiegħek. F’każ ta’ dubju, tista’ ċċempel fuq 25997410 biex tikkonferma l-identità tal-enumeratur assenjat lilek.


L-enumeraturi kollha jieħdu l-ġurament tas-segretezza kif stipulat fl-Att dwar iċ-Ċensiment qabel ma jinvolvu ruħhom fi kwalunkwe ġbir ta’ data. Dan isir biex jiġi żgurat li l-informazzjoni personali tiegħek tinżamm kunfidenzjali u sikura. Kwalunkwe apparat ta’ komunikazzjoni li se jintuża matul il-proċess tal-ġbir tad-data (eż. tablets) jiġi kkonfigurat b’tali mod (permezz ta’ encryption) li jkun hemm livell massimu ta’ protezzjoni. L-istaff uffiċjali tal-NSO biss se jkollu aċċess għall-informazzjoni maħżuna ġo dan l-apparat.


Kif tevita scams u frodi?

“Il-phishing huwa att kriminali li permezz tiegħu, xi ħadd jipprova jikseb l-informazzjoni tiegħek billi jagħmel il-parti ta’ entità tal-fiduċja tiegħek. Għandek issib hawn taħt ħjiel biex tkun żgur li qed taċċessa l-informazzjoni t-tajba:


– Il-websajts validi kollha taċ-Ċensiment dejjem ikollhom “.gov.mt” fl-aħħar.


– Dan huwa l-indirizz dirett tal-websajt li tista’ tuża biex twieġeb onlajn għaċ-Ċensiment tal-2021.


Liema mistoqsijiet mhumiex inklużi fil-kwestjonarju taċ-Ċensiment?

– Numru tas-sigurtà soċjali;

– Informazzjoni dwar il-kont tal-bank jew tal-karta ta’ kreditu;

– Informazzjoni dwar il-partit politiku;

– Mistoqsijiet dwar id-dħul finanzjarju eċċ .;

– Flus jew donazzjonijiet; u

– Passwords.


 


X’għandu jsir f’każijiet ta’ suspett ta’ frodi?

Tista’ tagħmel kuntatt mal-uffiċċju tagħna billi ċċempel 25997410 sabiex tivverifika l-link tal-pjattaforma tal-web użata jew biex tivverifika l-identità tal-enumeratur tiegħek. F’każ li l-enumeratur ivverifikat qed jitlob minnek informazzjoni li inti tqisha bħala suspettuża, jekk jogħġbok ċemplilna fuq 25997410 u aħna ninvestigaw. Tista’ tirċievi direzzjoni biex tagħmel rapport lill-pulizija.


Aktar informazzjoni

Fejn nista’ mmur biex insir naf aktar?

Żur il-paġna ‘X’inhu ċ-Ċensiment’ hawn biex issib aktar informazzjoni dwar iċ-Ċensiment jew mur hawn biex tipparteċipa fiċ-Ċensiment tal-2021 billi timla l-kwestjonarju onlajn.


 


X’effett kellha l-pandemija COVID-19 fuq iċ-Ċensiment tal-2021?

Minħabba l-pandemija COVID-19, l-intervisti wiċċ imb’wiċċ għaċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021 se jkunu limitati. Se jiġu adottati miżuri biex inkunu ċerti li ċ-Ċensiment isir madwar il-pajjiż kollu bl-aħjar prattiċi ta’ saħħa pubblika u bl-iktar mod sikur. Dawn il-miżuri jinkludu pjattaforma onlajn għal parteċipazzjoni li ma tirrikjedix kuntatt fiżiku. Barra minn hekk, l-Uffiċċju se joffri l-għażla li l-kwestjonarju jimtela bl-għajnuna tal-enumeratur permezz tat-telefon. Kull meta l-għajnuna tal-enumeratur hija meħtieġa fiżikament fir-residenza, dawn se jingħataw struzzjonijiet biex josservaw il-miżuri ta’ sigurtà skont id-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika f’dak il-mument, inkluż li jkollhom it-tagħmir protettiv meħtieġ.


background-image

Parteċipazzjoni fiċ-Ċensiment 2021

Iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar huwa miżura uffiċjali ta’ persuni u abitazzjonijiet f’Malta u Għawdex, meħuda f’punt speċifiku fiż-żmien. Huwa eżerċizzju mal-pajjiż kollu li jsir kull għaxar snin. Sabiex issir taf aktar dwar il-metodi varji ta’ parteċipazzjoni u l-kriterji ta’ eliġibilità ikklikkja fuq ‘Ipparteċipa’ hawn taħt.

Skip to content