
Esplora l-kwestjonarju taċ-Ċensiment
It-tweġiba għall-kwestjonarju taċ-Ċensiment tal-2021 hija faċli u titkompla f’qasir żmien. Ikollok bżonn twieġeb mistoqsijiet sempliċi dwarek innifsek u kulħadd li qed jgħix fid-dar miegħek bħal fil-jum taċ-Ċensiment. Hawn taħt, għandek issib lista ta’ suġġetti inklużi fil-kwestjonarju taċ-Ċensiment.
Suġġetti fuq livell individwali:
- Demografija tal-popolazzjoni;
- Statistika vitali;
- Pajjiż tat-twelid u ċittadinanza;
- Razza u reliġjon
- Migrazzjoni;
- Residenzi tal-passat (inkluż barra minn Malta)
- Saħħa;
- Edukazzjoni; u
- L-istatus tax-xogħol u ekonomiku.
Suġġetti fil-livell ta’ abitazzjoni:
- Struttura tal-bini;
- Stat tal-pussess;
- Faċilitajiet;
- Djar għall-vaganzi; u
- Djar vakanti.
Ċaħda: Kwalunkwe informazzjoni personali miġbura mill-NSO tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali u użata għal skopijiet statistiċi biss.