Avvenimenti li ġejjin
Arkivju
2021
01 Oct 2021
Tnedija tal- kwestjonarju online
01 Oct 2021
Tnedija tal- Kwestjonarju online u Call center
27 Sep 2021
Il-laqgħat ta’ informazzjoni għas-Superviżuri jibdew
27 Sep 2021
Il-laqgħat ta’ informazzjoni tal-Enumeraturi se jibdew
21 Jun 2021
Proġett Pilota
13 May 2021
Tnedija taċ- Ċensiment tal- Popolazzjoni u tad-Djar 2021
Tnedija tal- Kwestjonarju online u Call center
01 Oct 2021
Iċ-Ċensiment 2021 jagħtik l-opportunità li tlesti l-parteċipazzjoni tiegħek online. Dawk l-abitazzjonijiet f’Malta u Għawdex li rċevew l-ittra taċ-Ċensiment bil-kredenzjali tagħhom se jkunu jistgħu jimlew il-kwestjonarju taċ-Ċensiment tagħhom online mill-1 ta’ Ottubru.
Għalkemm kwalunkwe resident fl-abitazzjoni jista’ jipprovdi informazzjoni f’isem membri oħra, huwa mħeġġeġ li l-persuni kollha residenti fl-abitazzjoni jirrispondu għat-taqsima personali tagħhom fil-kwestjonarju. Informazzjoni ta’ prokura hija aċċettata jekk l-informazzjoni provduta hija meqjusa affidabbli (idealment il-prokura għandha jkollha mill-inqas 18-il sena). Is-sezzjoni tad-Djar li tinsab f’paġna 22 tal-kwestjonarju taċ-Ċensiment tista’ timtela minn kwalunkwe membru tad-dar.
Se jkun disponibbli wkoll call center fejn dawk li jwieġbu jistgħu jċemplu bla ħlas fuq 1710 f’każ ta’ diffikultajiet.