Avvenimenti li ġejjin
Arkivju
2021
01 Oct 2021
Tnedija tal- kwestjonarju online
01 Oct 2021
Tnedija tal- Kwestjonarju online u Call center
27 Sep 2021
Il-laqgħat ta’ informazzjoni għas-Superviżuri jibdew
27 Sep 2021
Il-laqgħat ta’ informazzjoni tal-Enumeraturi se jibdew
21 Jun 2021
Proġett Pilota
13 May 2021
Tnedija taċ- Ċensiment tal- Popolazzjoni u tad-Djar 2021
Konsultazzjoni Pubblika dwar iċ-Ċensiment
05 May 2020
8:00 pm
Malta
Fil-5 ta’ Mejju 2020, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika nieda Konsultazzjoni Pubblika fejn il-partijiet interessati ġew mistiedna jissottomettu proposti għal temi u mistoqsijiet addizzjonali li potenzjalment jistgħu jiġu inklużi fiċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u d-Djar. Il-Konsultazzjoni Pubblika hija parti essenzjali mill-proċess taċ-Ċensiment billi tiżgura li l-ħtiġijiet tal-utenti jiġu kkunsidrati bir-reqqa. Ħtiġijiet bħal dawn għandhom, madankollu, ikunu bbilanċjati minn kwistjonijiet ta’ piż ta’ rispons, kost-effettività, kwalità tad-data u fuq kollox, il-ħtieġa li l-kwestjonarju jinżamm għal tul raġonevoli.
L-NSO irċieva total ta’ 39 proposta mingħand individwi, entitajiet, awtoritajiet u partijiet interessati oħra. Kull proposta ġiet ikkunsidrata bir-reqqa u għal dawn il-proposati miċħuda ingħatat raġuni. L-NSO ikkomunika wkoll lill-partijiet interessati soluzzjonijiet alternattivi għall-ġbir tal-indikaturi addizzjonali proposti.