Aċċessibilita’

Dikjarazzjoni ta’ Aċċessibilità

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jagħraf l-importanza li jiżgura li l-websajt tkun aċċessibbli għal kulħadd. L-Uffiċċju jimpenja ruħu li jagħmel il-kontenut aċċessibbli għal kull min juża din il-websajt u li jtejjeb il-kwalità ta’ din l-esperjenza. Ittieħdet kull attenzjoni biex l-istruttura, il-kontenut u n-navigazzjoni tal-websajt ikunu konformi mal-Linji Gwida dwar l-Aċċessibilità tal-Kontenut tal-Web flimkien mar-rekwiżiti u rakkomandazzjonijiet mitluba mill-politiki tal-ICT tal-Gvern ta’ Malta (GMICT).


Il- website, census2021.gov.mt, hija konformi mal-istandard tal-aċċessibilità u għaldaqstant anke mal-WCAG 2.1 livell AA.



Feedback u assistenza

L-NSO jilqa’ l-feedback tiegħek dwar l-aċċessibilità tal-websajt u l-għodda diġitali. Jekk jogħġbok għarrafna jekk tiltaqa’ ma’ xi problemi ta’ aċċessibilità sabiex inkunu nistgħu nagħtuk kull għajnuna.


Unit: Communication and Dissemination Unit
Phone: +356 2599 7219
Email: nso@gov.mt.

Skip to content