NSO Census regulation graphic-01@2x

Iċ-Ċensimenti tal-2011 u l-2021

Mill-2011, iċ-Ċensiment ta’ Malta fforma parti minn eżerċizzju taċ-Ċensiment tal-UE, li jfisser li l-Istati Membri jwettqu ċ-ċensimenti tagħhom f’perjodu partikolari u jużaw il-kunċetti armonizzati spjegati hawn fuq. Skont it-termini tal-leġiżlazzjoni tal-UE, l-Istati Membri se jiddeterminaw data ta’ referenza fl-2021 għaċ-ċensimenti tagħhom.
L-edizzjoni tal-2021 se timmarka innovazzjoni kbira: regolament ta’ implimentazzjoni apposta li tippermetti lid-dimensjoni ġeografika tkopri żoni żgħar, speċifikament kilometru kwadru (1 km2). Dan l-iżvilupp sar possibbli mill-passi li saru fit-tekniki tal-ġeokodifikazzjoni. Mill-approċċ ta’ analiżi, din il-bidla se tippermetti li statistika dwar oqsma magħżula miċ-Ċensiment tkun ipproċessata u ppublikata f’livelli relattivament żgħar, li jiggradwaw għal livelli ta’ lokalità, reġjuni u transkonfinali kif meħtieġ minn diversi oqsma ta’ politika u riċerka. Mill-approċċ strateġiku, id-data ta’ 1 km2 se tieħu s-sistemi taċ-ensiment għal-livell li jmiss ta’ utilità, u tagħmilhom għodda qawwija biex tissodisfa t-talbiet li dejjem qed jiżdiedu tal-utenti għal analiżi aktar sofistikata.

 

 

shutterstock_638642935@2x

Differenzi bejn iċ-Ċensimenti tal-2011 u l-2021

Il-metodi ta’ ġbir mill-2011 u l-2021 inbidlu drastikament.
Lura fl-2011, intbagħat kwestjonarju bil- posta lid-djar kollha f’Malta u Għawdex, u d-data nġabret personalment waqt iż-żjarat tal-enumeraturi. Filwaqt li fl-2021, l-kwestjonarju taċ-Ċensiment se jkun jista’ jimtela online. Se tingħata ukoll l-għażla li jimtela permezz tat-telefon, personalment permezz ta’ żjarat ta’ enumeraturi u permezz ta’ formola tal-karta (meta meħtieġ). L-użu ta’ formoli ta’ rispons online huwa approċċ iktar komdu peress li l-kwestjonarju jista’ jimtela bil-kumdita’. Il-ġbir tal-kwestjonarju magħmul mill-enumeraturi issa se jitlesta permezz ta’ tablet jew permezz ta’ stħarriġ bit-telefon minflok kwestjonarju tradizzjonali tal-karta. Kwestjonarji tal-karta jintużaw biss f’ċerti sitwazzjonijiet. Dawn il-formoli jingħataw mill-enumeraturi nfushom meta jivverifikaw dik iż-żona tal-lokalità minflok ma jużaw is-servizz postali.

Skip to content