
Parteċipazzjoni fiċ-Ċensiment 2021
Iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar huwa miżura uffiċjali ta’ persuni u abitazzjonijiet f’Malta u Għawdex, meħuda f’punt speċifiku fiż-żmien. Huwa eżerċizzju mal-pajjiż kollu li jsir kull għaxar snin. Sabiex issir taf aktar dwar il-metodi varji ta’ parteċipazzjoni u l-kriterji ta’ eliġibilità iċċekkja l-paġna PARTEĊIPAZZJONI. Din il-paġna tiddeskrivi numru ta’ mistoqsijiet frekwenti dwar iċ-ċensiment inkluż kif tipparteċipa, liema informazzjoni hija meħtieġa u kif se tkun protetta.
L-Aħħar Aħbarijiet

18 Mar 2022
Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021: Esibizzjoni ta’ numru magħżula ta’ kontribuzzjonijiet tal-iskejjel
Lejn l-aħħar tas-sena li għaddiet, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) beda proġett soċjali nazzjonali li jsir kull 10 snin – iċ-ċensiment tal-popolazzjoni u tad-djar. Iċ-Ċensiment tal-Popolazzjoni u tad-Djar 2021 kien it-18-il … Aqra iktar

21 Nov 2021
Ċensiment: Kejl soċjali ferm importanti
Jekk jogħġbok ikklikkja hawn għal artiklu fuq it-Times of Malta, mid-Direttur Ġenerali tal-NSO Etienne Caruana, dwar l-importanza taċ-Ċensiment bħala kejl soċjali. Aqra iktar